Local view for "http://purl.org/linkedpolitics/eu/plenary/2014-11-12-Speech-3-387-000"
Predicate | Value (sorted: default) |
---|---|
rdf:type | |
dcterms:Date | |
dcterms:Is Part Of | |
dcterms:Language | |
lpv:document identification number |
"en.20141112.22.3-387-000"1
|
lpv:hasSubsequent | |
lpv:speaker | |
lpv:spoken text |
"Sur President, f’Mejju, iċ-ċittadin Ewropew wera li jrid bidla fit-tmexxija tal-Ewropa. Forsi wkoll xtaq li s-sinjal għall-bidla jingħata minn dan il-Parlament. Kważi sitt xhur wara l-elezzjonijiet Ewropej, nistaqsi: il-bidla li l-kostitwenti tagħna riedu, qiegħda sseħħ? Ingħid li mhijiex.
Stennejt li jkollna dibattiti ċari dwar xi jridu l-popli Ewropej, dwar fejn, fl-aħħar snin, ittieħdu deċiżjonijiet tajba u fejn saru żbalji fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea u taż-żona euro. Stennejt mistoqsijiet dwar kif l-għaqda Ewropea qed taffettwa għat-tajjeb u għall-ħażin il-ħajja taċ-ċittadini li eleġġewna, ħalli fejn hemm x’jinbidel, jinbidel. Minflok, komplejna b’li kien qed isir hawn qabel Mejju.
Ftit f’pajjiżi fehmu l-maniġġi dwar min laħaq President ta’ Kummissjoni, ta' kumitati, ta' delegazzjonijiet u ma nafx x’aktar. Ftit jimportahom. L-argumenti favur aktar jew anqas Ewropa jħallu liċ-ċittadini fjakki minn għarfien ta’ x'inhu joħloq l-istaġnar ekonomiku u jġib daqstant nies qiegħda. M’aħniex niddiskutu għaliex il-mudell soċjali Ewropew qed jiżżarma u kif nistgħu nibnu politika serja dwar l-immigrazzjoni. Din l-aġenda ġiet ikkapparata mill-estremi politiċi, u mill-hekk imsejħa populisti. Dan hu żball kbir.
L-isfidi quddiem iċ-ċittadini Ewropej ma jingħelbux bid-diskorsi teknokratiċi li nisimgħu, qisna sirna funzjonarji tal-Fond Monetarju Internazzjonali. L-isfidi jingħelbu wara li jkun sar diskors politiku bla kantunieri, bejn rapprezentanti tal-popli Ewropej, inkluż li niddiskutu mill-qiegħ l-istrutturi politiċi li bnew ta’ qabilna jekk mhumiex iservu tajjeb lill-Ewropej."@mt2
|
lpv:spokenAs | |
lpv:unclassifiedMetadata | |
lpv:videoURI |
Named graphs describing this resource:
The resource appears as object in 2 triples